Parteċipazzjoni:
F’dan l-avveniment kien hemm involuti 59 ċitaddin, inkluż 31 parteċipant mill-Belt ta’ Kőszeg, l-Ungerija, 8 parteċipanti minnhom kienu mill-villaġġ ta’ Marsaskala, Malta, 9 parteċipant kienu mill-belt ta’ Bad Kotzting fil-Ġermanja, 6 parteċipanti oħra kienu mill-belt ta’ Chojna, Polonja flimkien ma’ 4 parteċipanti oħra li kienu minn Velletri, fl-Italja.
Post/Dati:
Dan l-avveniment sar f’Kőszeg l-Ungerija, mit-18 t’Ottubru, 2018 sal-21 t’Ottubru, 2018.
Deskrizzjoni qasira ta’ dan l-avveniment:
L-għan ta’ dan il-ħames u l-aħħar avveniment fost l-avvenimenti l-oħra li saru f’diversi pajjiżi, kien sabiex issir sintesi ġenerali tal-proġett, fosthom li jiġu identifikati d-diversi vantaġġi tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, u sabiex tiġi analiżżata l-Euroscepticism, kif ukoll sabiex jiġu analiżżati l-vantaġġi tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea kemm minn aspetti tejoretiċi kif ukoll minn dawk prattiċi kif irriżultaw mill-avvenimenti li saru.
Dan il-ħames avveniment kien organiżżat minn Kőszegi Testvérvárosi Egyesület (Kőszeg il-belt tat-Twinning Association) fejn ġie organiżżat programm intensiv u ta’ benefiċċju għall-parteċipanti kollha.
Din il-Konferenza ġiet inawgurata bi żfin folkloristiku mogħti minn żewġ membri tal-assoċjazzjoni Aniko Horrvath u Andras Suddar. Wara, Dr. István Mátrai, il-President tal-Assoċjazzjoni indirizza lil parteċipanti u talab ukoll lis-sindku ta’ Kőszeg Laszlo Huber sabiex ukoll jindiriza lill-udjenza. F’dan id-diskors l-istess President saħaq dwar l-importanza ta’ dawn il-laqgħat fejn ir-rappreżentanti tal-pajjizi ewropej jiltaqgħu flimkien u jiddiskutu bejniethom diversi suġġetti. Fejn ħa spunt mill-istorja rikka u antika tal-belt li minħabba li tinsab fuq il-konfini, tgħallmu aktar jirrispettaw lil pajjiżi oħra, in partikolari kif jgħixu flimkien ma’ diversi gruppi f’minoranza fl-inħawi.
Wara dan id-diskors il-gruppi mistiedna ppreżentaw tpinġijiet u ritratti li kienu ġabu magħhom lill-organiżżaturi fejn l-istess tpinġijet u ritratti ġew esebieti f’esebizzjoni organiżżata mill-istess organiżżaturi. Wara kien hemm ukoll pranzu fejn waqt dan l-istess pranzu l-parteċipanti kollha kellhom iċ-ċans li jsiru jafu aktar lil xulxin.
L-għada, id-19 t’Ottubru, il-Ġimgħa filgħodu, l-istess program beda b’introduzzjonijiet bejn il-gruppi. Il-leaders tad-delegazzjonijiet preżenti, Wolfgang Pilz, Mr Mario Calleja, Mr Janusz Cezary Salamonczyk, Mr Edoardo Menicocci introduċew lill-istess membri tagħhom, fejn fosthom kien hemm minnhom li diġa kellhom konoxxenza ta’ xulxin filwaqt li kien hemm minnhom ġodda għal dawn il-laqgħat minn kull kap tad-delegazzjoni u fl-aħħar Dr István Mátrai li minbarra li introduċa l-grupp tiegħu, introduċa lil Ms Annigje Kruytbosch mill-Olanda, il-President tad-Douzelage Ewropew li għamlet diskors qasir sabiex jgħin fit-tqassim ta’ dan il-proġett.
Dr István Mátrai il-ko-ordinatur tal-proġett introduċa l-website tal-proġett li kienet tikkontjeni informazzjoni importanti dwar il-proġġett u wera’ kif taħdem. Huwa wkoll wera’ l-website ta’ Kőszeg fejn kull avveniment ta’ dan il-proġett kienu parzjalment imtella’. Huwa enfasizza , kemm dan huwa mportanti għal dawk l-ibliet u l-villaġġi kollha li huma mdaħħlin fil-proġett, sabiex jkunu jistgħu jieħdu s-sapport finanzjarju mill-Unjoni Ewropea. Huwa wkoll spjega kif l-aħħar rapport ser jintbagħat minnu bħala l-ko-ordinatur, imma ser jikkonsulta mall-imsieħba tal-proġett.
Wara din il-laqgħa il-parteċipanti ħadu sehem f’workshop dwar l-ilma li kien ppreparat minn Ms Ilona Tálos-Mátrai u Ilona Mátrai-Halász. Huma għamlu posters kbar b’informazzjoni dwar il-footprint tal-ilma kemm inġenerali u kif ukoll każijiet speċjali. Ingħatat ukoll informazzjoni dwar il-Hungarian thermal waters, spas li huma magħrufin mad-dinja kollha permezz ukoll ta’ esebizzjoni dwarhom.
Dan il-programm dwar l-ilma kompla billi sar eżami li kien fih 13 il-mistoqsija dwar l-ilma. L-ewwel għaxar mistoqsijiet kienu jirrigwardjaw il-footprint tal-ilma. Fosthom kien hemm domandi bħal kemm jinħtieġ ilma biex tagħmel tazza kafe (ir-risposa ħażdet ħafna nies, 140 litru ilma) wkoll kemm jinħtieġ ilma biex iġi prodott kilogram laħam (ir-risposta kienet aktar sensazzjonali billi ir-risposta kienet ta’ 15,500 litru). Ftit kienu l-parteċipanti li kellhom konoxxenza tajba dwar dan is-suġġett. L-aħħar tliet mistoqsijiet kienu dwar ilma ħelu in partikoalri kemm jintuża għad-djar, fl-industrija u fit-tisqija tal-art agrikola. (dawn il-mistoqsijiet jinsabu formanti parti mill-materjal tas-sit.)
Il-parteċipanti ħadmu fi gruppi. Wara tħabru r-riżultati fejn r-rebbieħa ngħataw ċikkulata bħala premju.
It-tieni parti tal-workshop mexxietu Ms Ilona Tálos-Mátrai. Kull grupp ingħata storja qasira. Iddiskutew l-istess topic għal 15 il-minuta u wieħed minn kull grupp tkellem dwar l-analizi li ħarġu tal-grupp tiegħu. Kull topic beda b’informazzjoni dwar il-fooprint tal-ilma, użu dirett u indirett tal-ilma (Fl-Ewropa persuna hija imkejla li tuża minn 100 sa 150 ilma kulljum u dan għax-xorb, biex jinħasel, u jissaqqew il-pjanti iżda kull persuna indirettament tuża bejn 1,500 u 10,000 litru ilma kuljum, liema ammont ivarja skont fejn jgħixu u l-mod kif imdorrijin jużaw l-ilma)
Grupp A, it-topic kien jekk tiekolx laħam jew intix veġetarjan, permezz ta diskussjoni bejn John (vegan) y Tom (carn). Kien provdut il-footprint tal-ilma dwar ikel divers u mid-diskussjonili rriflettiet dwar il-vantaġġi tal-abitudni tal-ikel fl-imgħoddi, fejn il-laħam kien jittiekel biss darba fil-ġimgħa. Il-grupp ma ssuġerixxiex li kulħadd isir veġetarjan iżda li nieklu ikel bilanċjat. Mhux biss biex ikolna footprint tal-ilma iżgħar imma għax il-bniedem huwa omnivore.
Grupp B, kellu bħala topic l-ikel fil-canteen tal-iskejjel, fejn id-djalogu kien bejn żewġ ommijiet, Kate u Ann li kienu qed jitkellmu dwar il-kwalita’ tal-ikel fil-canteen tal-iskola. Il-mistoqsija prinċipali kienet kemm għandu togħma tajba dan l-ikel, iżda wara d-diskussjoni qablu li ikel preparat frisk huwa dejjem aħjar għat-tfal u għalkemm l-użu ta’ kimiċi jista’ jagħti palat aħjar, dawn għandhom jiġu evitati għax huma suspettati li joħolqu problemi fis-saħħa, barra mill-fatt li l-produzzjoni ta’ dawn il-kimiċi għandha footprint ta’ ilma kbir ħafna.
Grupp C kien jirrigwardja ħanut. L-istorja ddur dwar il-konsegwenza li tneħħi għal kollox il-boroż tal-plastik, meta tieħu in konsiderazzjoni l-fatt sempliċi li minħabba f’hekk il-bramel taż-żibel ikollhom jiġu maħsula b’ħafna aktar frekwenza u użu ta’ ilma. Ġie ssuġġerit li jkun opportun li jonqsu l-boroż tal-plastik mill-ħwienet, iżda jibqghu jintużaw għall-iskart, kif ukoll li jekk jintużaw boroż tal-karti dawn jiddikomponu mall-iskart b’anqas problemi B’hekk inkunu qed innaqsu l-użu tal-ilma għat-tindif ukoll.
Grupp D kellu jiddiskuti l-vantaġġi ta’ li tixtri u tuża prodotti lokali minflokk li dawn jiġu trasportati għal distanzi twal ħafna. Il-grupp għamel lista ta’ vantaġġi u żvantaġġi tal-użu ta’ prodotti lokali fejn inħarġu punti dwar żvilupp sostenibli għal użu aħjar ta riżorsi lokali, it-tnaqqqis ta’ użu ta vetturi għat-trasport u għalhekk anqas emissjoni dannużi u nuqqas ta użu ta’ fuel, kif ukoll tnaqqis serju ta’ użu ta’ ilma li jiġi kkaġunat minn trasport fit-tul.
Grupp E kellu jissugerixxi 10 metodi ta’ kif tibza’ għall-ilma. Tkelmu ukoll dwar minn meta għandek tibda tgħallem lit-tfal dwar is-suġġet tal-użu tajjeb tal-ilma, fejn ġie stabilit li anke minn 5 snin għandek tibda titkellem mat-tfal dwar dan.
Ms Ilona Tálos-Mátrai għamlet sinteżi tax-xogħol tejoretiku li sar f’dan il-workshop. Hija qalet li fis-sena 1960 żewġ terzi mir-rizorsi tad-dinja biss kienu użati mill-bniedem. Il-21 t’Ottubru, 1992 kienet il-ġurnata globali tal-konsum eċċessiv, fejn ir-riżorsi tas-sena ta’ wara ġew ikkonsmati. Sabiex nibqgħu għaddejjin fil-ħajja konsumista kurrenti għandna bżonn 1.7 dinjiet, imma għandna biss waħda. L-użu tal-ilma qed jikber id-dopju tar-rata tal-popolazzjoni. Sakemm din it-triq li qbadna ma hiex ser titwaqqaf u jinħoloq mod sabiex inkunu nistgħu naqsmu l-ilma ugwali u b’mod sostenibbli madwar id-dinja, niġu fi stat li żewġ terzi tal-popolazzjoni globali se jiffaċċjaw problema serja tal-ilma sas-sena 2025. Jekk kulħadd jaħseb ftit dwar din ir-responsabilita’ kif sar f’dan is-seminar, il-problema tal-ilma tiġi mtaffija u tista’ tasal ħafna iktar tard minn hekk.
Għal-jum tal-għada dwar il-visti ta’ studju kelna naraw miżuri lokali li seħħew sabiex għenu jitjiebu il-kwalita’ ta’ diversi sorsi ta’ ilma.
Wara dan il-workshop infetħet il-wirja minn Ágnes Lepold li ġiet ippreparata il-jum ta’ qabel. Spjegat għaliex intgħażlet it-tema tal-ilma minn pitturi u ritratti ta’ żagħżagħ. Tqasmu diskette fejn talbet lil parteċipanti jgħażlu lil min ser jingħata l-premju dwar id-diskussjonijiet tal-jum.
Wara l-brejk tal-kafe’ komplejna bix-xogħol tagħna dwar il-valuri ewropej. Il-Professur Dr George Schöpflin membru tal-Parlament Ewropej tana l-ewwel lecture. Dan il-mistieden ġie introdott minn Mr Béla Básthy, il-viċi sindku tal-belt.
Il-Professur għamel diskors dwar l-integrazzjoni mill-punto di vista tal-Ungerija u pajjiżi oħra żgħar u/anke dawk li kienu jagħmlu parti minn naħa tal-Lvant. Huwa qasam magħna ukoll l-ideat tiegħu fuq sorsi ta’ Xettiċiżmu Ewropew,
Beda billi saħaq fuq il-fatt li l-post tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea huwa determinat minħabba d-daqs u l-populazzjoni fejn qal li l-qies ta’ pajjiżi kbar għandu tendenza li jiddominaw fl-Unjoni Ewropej. Madanakollu, meta l-EEC daħlet fis-seħħ wara t-tieni gwerra dinija l-ħsieb kien li tmexxi l-Ewropa mit-trawma mhux biss ekonomika, imma ukoll politikament u sabiex takkwista dan il-fini ta’ ugwaljanza u rispett lejn il-membri kollha ġew maħluqa istituzzjonijiet li jistgħu jipprevenu li l-istati l-kbar jiddominaw lil dawk iżgħar minnhom.
Dr Schöpflin spjega li wara WWII fil-parti ewropeja tal-pajjizi soċjalisti-kommunisti l-progress kien miżmum lura artifiċjalment, il-bdiewa ġew trasformati f’nies tal-ibliet u n-nies kienu maħkuma. Madanakollu, l-oppressjoni qatt ma kienet 100% suċċess, kif juru l-eżempji ta qawmien li bdew jidhru fis-sittinijiet. Fl-aħħar, b’revoluzzjoniet paċifiċi f’dawn il-pajjizi ġie ċ-ċans għalihom sabiex jirritornow fi ħdan l-Ewropej. Wara 1989 l-Ungerija ukoll kellha aspettattivi għoljin li jkunu integrati u sħab fl-Unjoni Ewropea.
Għalhekk, il-mistoqsija hija jekk stati żgħar humiex biss parti t’imperu ġdid fl-Unjoni Ewropej, u jekk għandhomx jinkwetaw. Il-Professur saħaq li l-EU għandha tkun forum ukoll għal stati żgħar sabiex isolvu l-problemi tagħhom. Dr Schöpflin fiehem li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea ma laħqitx l-aspettattivi fl-Ewropa tal-Lvant f’ħafna aspettattivi. Per eżempju fil-livell ekonimku huwa ovju li l-livell tal-pajjiżi ma tantx inbidel wisq f’termini ta’ kif wieħed jgħix. Kif ukoll, waqt li 1989 kienet pass lejn id-demokrazija, kienet ukoll qabża kbira fl-emanaċipazzjoni nazzjonali u b’żieda tal-popolarity tal-aspett nazzjonali u l-preservazzjoni tal-identita’ nazzjonali li sar ta’ importanza dejjem tikber għall-istati zgħar.
Għalkemm huwa ovvju li l-integrazzjoni fl-UE kient suċċess għaliex huwa possibli issib kompromess, iżda fid-dawl tal-importanza dejjem tikber f’dawn l-aħħar għaxar snin, fin-normative tad-drittijiet tal-bniedem tqum il-kwistjoni jekk in-nazjonaliżmu jistax ifixkel il-kompromessi fi ħdan l-UE.
Wara dan id-diskors kien hemm xi mistoqsijjiet, in partikolari dwar kif iħossuhom l-Olondiżi u forsi nazzjonalitajiet oħra, dwar il-fatt li jidher li jħalsu taxxi għoljin sabiex jgħinu lill ewropej tal-lvant u allura jistaqsi x’benefiċju hemm għalihom. Ir-risposta skont l-istess professur hija illi maġġoranza tal-proġetti ffinanzjati mill-UE fl-ewropa tal-lvant jiġu esegwiti minn kumpaniji tal-Punent u għalhekk huma jibbenefikaw minn dawn il-proġetti wkoll filwaqt li madwar 90% tal-fondi jmorru lura lejn il-Punent b’dan il-mod. Qabel u wara dan id-diskors ġiet imqasma waħda minn l-aħħar kitbiet tal-istess professur Schöpflin: intitolata “L-istati Ewropej iż-żgħar u kurrenti kbar. L-implikazzjonijiet ta’ dinja b’ħafna punti di vista” (“The small states of Europe and large whirlpools. The implications of a multi-polar world.”)
Wara din il-preżentazzjoni u mistoqsijiet, kellna ftit mistrieh u ikla, fejn il-parteċipanti kollha kellhom il-ħin jippreparaw għas-sessjoni ta’ wara nofs inhar.
Is-sessjoni ta’ wara nofs inhar bdiet b’diskors kommoventi mil-president tad-Douzelage Ms. Annigje Kruytbosch, meta ġiet mitluba tirrispondi l-mistoqsija :Xi tfisser l-Ewropa għalija?” (“What does the European Union mean for me?”)
Ms. Annigje Kruytbosh bdiet billi tkelmet ftit dwar il-ħajja ta’ missier li bħala ġuvnot ta’ 18 kellu jaħrab minn lieva għax-xogħol imposta mir-regim nażista. Wara l-gwerra irnexxielu jidħol l-Universita’. Hemm flimkien ma’ sħabu l-istudenti ħolom b’Ewropa b’saħħitha, stabli u fuq kollox paċifika. Kollha ħarsu l-quddiem mentri l-memorja ta’ Ewropa mkissra xprunathom iħarsu l-quddiem sabiex flimkien jibnu Ewropa fil-paċi. Wara l-istudji tiegħu beda jaħdem fil-Ministeru tal-Affarijiet Baranin, fejn fi żmien qasir sab ruħu fit-triq lejn Pariġi fejn beda jaħdem għal komunita’ Ewropeja tal-Faħam u Ħadid. Kif kulħadd jaf, din il-kommunita’ Ewropeja kienet il-prekursur tas-Suq Komuni u finalment l-Unjoni Ewropeja.
It-Trattat tal-Komunita’ Ewropeja tal-Faħam u Ħadid ġie iffirmat fis-sena 1951 u sar effetiv fis-sena 1952, 7 snin biss wara li spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija. Din kienet l-aktar inizjattiva importanti lejn l-Integrazzjoni Ewropeja u l-paċi. Kienet għadha tarbija meta l-familja marru Pariġi u 15 ‘l sena wara marru joqgħodu Brussels. Fis-sena 1944, il-Belġju, l-Olanda u l-Lussemburgu stabbilew Unjoni Doganali fejn beda jseHH moviment liberu ta’ merkanzija u ta’ nies bejn it-tliet pajjiżi.
Ħafna drabi nisma’ minn jgħid, u iva, il-Belgju, l-Olanda u l-Lussemburgu huma kważi l-istess, nażżarda ngħid li ma naqbilx, nitkelmu lingwa differenti, għandna reliġjonijiet differenti, għandna storja differenti u anke mentalita’ differenti. Iżda din irnexxiet tiffunzjona sew u dak huwa l-importanti!
L-aħħar punt dwar missierha kien li hija kburija li huwa kien l-arkitet wara it-Trattat ta’ Schengen. Kienet il-ħolma tiegħu li jkun hemm fruntieri miftuħa – bħal dawk fil-Benelux – għall-Unjoni Ewropeja kollha. Dan it-Trattat ġie ffirmat ġewwa il-belt ta’ Schengen fil-Lussemburgu fs-sena 1985.
Nistaqsi, allura xi tfisser l-Unjoni Ewropeja ghalija? Huwa ċar li trabbejt f’ambjent favur l-Unjoni Ewropeja. Għamilt l-aħħar eżamijiet tiegħi fl-iskola Ewropeja ta’ Brussel fis-sena 1980 fejn dak iż-żmien kien hemm miġbura persuni minn 9 nazzjonijiet. Konna nidhku bit-Taljani, nippruvaw nifmu lid-Daniżi, għax il-lingwa kient tixxiebaħ, konna ferħanin li kellna edukazzjoni perfetta mill-Inglizi u li konna familja waħda, kbira u magħquda. Kbirt bl-idejal li aħna fl-Ewropa aħna magħqudin fi-Diversita’.
L-ewropa tal-Punent għadha kif għalqet 75 sena ta’ paċi. Dan huwa żmien twil ħafna, u nagħraf sew li dan ma hux l-istess għal ħbieb tagħna u nagħraf sew li dan ma hux l-istess għal ħbieb tagħna tal-Ewropa tal-Lvant, il-memorji tagħhom ta’ żmienijiet mimlija inċertezzi u biża’ huma ħafna aktar riċenti. Għandna lkoll responsabilita’ li nibqgħu mexjin it-triq tal-paċi flimkien. Jiena kburija li missieri kkontribwixxa għal kunċetti Ewropej li llum jgħaqduna. L-Ewropa tiegħu, l-Ewropa tiegħi, l-Ewropa tagħkom; ejjew naħdmu flimkien sabiex inżommu l-Ewropa magħquda, sabiex nedukaw u nirrispettaw lil xulxin. Nemmen li nistgħu!! (Id-diskors jista’ jinstab fis-sit taħt Materials).
Wara dan id-diskors il-parteċipanti daħlu għal-workshop dwar ix-Xettiċiżmu Ewropew, li kien maqsum fi tliet partijiet.
Bdejna billi kull parteċipant ingħata kwestjonarju qasir, ta’ 6 mistoqsijiet li kellu diversi risposti. Kellhom ifitxu meta beda l-Ewro Xettiċiżmu, liema pajiżi huma l-aktar milquta mill Ewro Xettiċiżmu, f’perċentaġġ tal-popolazzjoni kellhom immaġni pożittiva tal-Unjoni Ewropeja fis-sena 2015, etc. Mill-analiżi in segwitu irriżulta li 2 biss mill-karti tat-twegibiet kienu risposti kollha tajbin. Il-moderaturi Ms. Marietta Nagy u Ms. Claire Strasbaugh iddiskutew ir-risposti fid-dettal u taw spjegazzjoni għar-risposta.
l-għan prinċipali tat-tieni parti kienet sabiex isiru verifiki kemm effettivament il-parteċipanti jgħarfu jifhmu is-sinjifikati ta’ termini użati bħal nazzjonaliżmu, Ewro Xettiċiżmu f-estremitajiet tiegħu, Rifjut tal-Unjoni Ewropeja, u dawk li jħaddnu l-Unjoni Ewropeja (soft/hard Euroscepticism, Euro-rejects, Euro-enthusiasts) Il-gruppi ngħataw it-termini użati u d-definizzjoni tagħħom fuq karti differenti u kellhom iżewġuhom. Ma kienitx ħidma iebsa imma kienet importanti li tgħaraf it-termini użati. (Din tinsab ukoll fuq is-sit taħt Materials.)
L-aħħar parti kienet aktar intrattiva billi l-parteċipanti kellhom iqumu, jmorru fuq in-naħa tal-lemin, xellug jew jibqgħu fin-nofs, skont jekk jaqblux jew le ma dak li kien qed jiġi muri miktub fuq l-iskrijn. Waqt li jkunu hekk mexjin kellhom jiddiskutu il-ħsiebijiet tagħhom ma’ parteċipanti oħra. Dawn kienu marbuta ma’ kif persuna tħossha dwar is-shubija fl-Unjoni Ewropeja. Ftit eżempji;
Meta tqis kollox, pajjiż jibbenifika mis-sħubija mall-Unjoni
Jiena personalment inħosni Kemm Cittadin Ewropew kif ukoll Cittadin ta’ pajjiżi.
L-imigrazzjoni ddgħajjef lil-pajjiżi għax ikollhom jiffukaw fuq il-bżonnijiet taċ-ċitaddini l-ġodda.
Kien interessanti li wieħed josserva r-risposti tad-delegazzjonijiet. Kien importanti l-fatt li l-parteċipanti kollha ħassew li pajjiżhom ibbenefikaw mis-sħubija mal-UE. Madanakollu kien hemm parteċipanti li ħassewhom l-ewwel ċittadini ta’ pajjiżhom, imbagħad ċittadini ewropej.
Kulħadd qabel li ma hemm xejn ħażin f’dan sa kemm kulħadd jirrispetta l-valuri Ewropej. L-attitudni dwar l-imigranti qasmet lil parteċipanti xi ftit. Wara sommarju qasir il-moderaturi għalqu din is-sessjoni.
Wara waqfa qasira il-parteċipanti mxew sal Castle Cultural Center fejn attendejna għal kuncert ta’ mużika folkloristika. Il-ġurnata għalqet b’ikla fl-istess kastel.
Is-Sibt filgħodu, il-parteċipanti barranin ittieħdu mill-parteċipanti lokali f’dawra bil-gwida sabiex jesperjenzaw iċ-ċentru storiku tal-belt u r-renovazzjoni li kienet għadejja. Hemm stajna naraw kemm bini ġie renovat bl-għajnuna ta’ fondi Ewropej u tal-gvern. Wara morna naraw il-muntanji. Din il-vista kienet sabiex wieħed jkun jista’ jivvaluta il-benefiċji li tkun membru fl-UE; aħna u għaddejjin kulħadd seta’ jara sinjali tal-purtiera tal-ħadid. Bħala ċittadin ewropew iwasluna daqqa lejn l-Ungerija u daqqa lejn l-Awstrija. Ftit nies jistgħu japprezzaw dan u waqafna kull tant kilometri minn dawn il-postijiet.
Minn aspett ieħor dan kien l-aspett prattiku tal-proġett dwar l-ilma. Matul din il-ħarġa stajna naraw divrsi nixxiegħat li snin ilu kienu nodfa. Iżda l-inkwinament f’dawn l-aħħar snin, kemm fl-Ungerija kif ukoll fl-Awstrija ddistruġiet il-kwalita tajba tal-ilma, f’dawn in-nixxiegħat. Iżda sforz komuni li sar ta riżultati pożittivi kif stajna naraw fil-prattika meta xrobna mill-post magħruf bħal is-Seba’ Nixxiegħat.
Wara l-ikel il-parteċipanti kellhom ftit ħin liberu u kellhom iċ-ċans imorru sas-suq fil-pjazza ewlenija. Il-ġurnata u l-programm għalaq b’ikla uffiċjali ta’ l-aħħar, fejn tħabru wkoll ir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet tar-ritratti u tpinġijiet.
Il-Ħadd filgħodu xi delegazzjonijeit setgħu jkunu preżenti għall-hekk imsejjaħ suq ta’ Ursula. Hawn assoċjazzjonijiet, gruppi skejjel kienu qed joffru l-ikel li kienu ppreparaw. Tlabna lil kollegi jġibu xi ikel lokali u flimkien ma’ kejkijiet ippreparati mill-membri tal-assoċjazzjoni ħadniehom f’dan is-suq. Preparajna fuljetti dwar dan il-proġett li tqasmu lin-nies fis-suq li wkoll gawdew mill-mejda internazzjonli li hemm tellajna. B’hekk mhux biss iċ-ċittadini lokali, imma viżitaturi oħra – li kien hemm minn diversi pajjiżi – kellhom l-oportunita’ jitgħalmu dwar dan il-proġett tagħna.