Chojna (link: https://www.chojna.pl) hija belt żgħira fil-Punent tal-Polonja fil-Vojvodja ta’ Pomeranja tal-Punent. Hija tinsab ħdejn żewġ qasmiet tal-fruntiera fuq ix-Xmara Oder mal-Ġermanja. Din il-belt tipparteċipa fl-inizjattiva ta’ ġemellaġġi tad-Douzelage. Fil-proġett l-Assoċjazzjoni tad-Douzelage f’Chojna qed taħdem bħala l-imsieħba.
L-Assoċjazzjoni tad-Douzelage f’Chojna hija organizzazzjoni mhux governattiva mingħajr skop ta’ qliegħ. Din ġiet stabbilita fl-2008 u għandha madwar 30 membru attiv. L-għanijiet ewlenin tiegħu huma ffokati fuq il-kooperazzjoni fl-Ewropea ta’ nies ordinarji minn muniċipalitajiet żgħar. Id-Douzelage torganizza attivitajiet kulturali, edukattivi, sportivi u soċjali, u kif ukoll attivitajiet għall-karità. L-oqsma tematiċi tal-attivitajiet inkludew il-qgħad fost iż-żgħażagħ, it-tolleranza, il-ġlieda kontra l-istigmatizzazzjoni tal-immigranti, is-saħħa u l-benesseri. Huma jinvolvu mhux biss membri tal-Assoċjazzjoni tad-Douzelage, iżda wkoll residenti li jgħixu hemmhekk. L-Assoċjazzjoni tad-Douzelage f’Chojna tikkoopera ma’ skejjel lokali, u tirrappreżenta l-muniċipalità ta’ Chojna fl-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Ġemellaġġi tal-Irħula tad- Douzelage li tikkonsisti fi 28 belt, waħda minn kull pajjiż tal-UE. L-assoċjazzjoni hija ġeneralment mitluba mill-awtoritajiet li jmexxu l-belt sabiex jgħinu fi proġetti internazzjonali, u ħafna drabi, l-Assoċjazzjoni, tirrappreżenta l-belt.
Bħala kull imsieħeb f’din ix-xibka, l-Assoċjazzjoni tad-Douzelage ġewwa Chojna għandha wkoll kompitu speċjali minbarra dak ġenerali. L-assoċjazzjoni diġà wettqet bosta proġetti Ewropej fil-qasam tal-edukazzjoni u ż-żgħażagħ, u dan jagħmilha sieħeb perfett sabiex tgħin f’kull pass tal-proġett minħabba l-esperjenza li diġà għandha. Il-konsultazzjoni bejn l-applikant u l-Assoċjazzjoni Douzelage f’ Chojna kienet regolari. L-assoċjazzjoni se torganizza dan l-avveniment li ġei deċiż u deskritt f’ sezzjoni F. Minbarra l-mistoqsijiet ġenerali diskussi kullimkien bħala suġġett speċjali, huma se jiġbru fil-qosor l-attitudni tal-parteċipanti lokali u l-viżitaturi barranin lejn ix-xogħol barra l-pajjiż, partikolarment f’każ ta’ belt żgħira. Barra minn hekk, l-esperjenza tagħhom tathom iċ-ċans biex jinvolvu apprentistat internazzjonali, bħala pass żgħir lejn l-Ewropa. Huma se jikkontribwixxu għas-suċċess tal- avvenimenti organizzati fl-ibliet imsieħba bil-preżentazzjonijiet, eċċ. Matul l-aħħar avveniment huma se jiġbru fil-qosor ir-riżultati tagħhom kemm f’ temi speċjali kif ukoll ġenerali.