January 8, 2019

Avveniment  4

Partiċpazzjoni:

F’dan l-avveniment kienu involuti 37 persuna, fosthom 17 il-parteċipant mill-belt ta’ Choyna fil-Polonja, 6 parteċipanti mir-raħal ta’ Marsaskala, Malta, 8 parteċipanti mill-belt ta’ Kőszeg, Ungerija, 3 parteċipanti mill-belt ta’ Bad Kötzting, Ġermanja u tliet parteċipanti mir-raħal ta’ Velletri, l-Italja.

Post u Dati:

Dan l-avveniment seħħ f’Chojna, Polonja mit-28 ta’ Ġunju sal-1 ta’ Lulju, 2018

Deskrizzjoni qasira;

L-għan ewlieni ta’ dan ir-raba’ avveniment kien sabiex jiġu espressi eżempji lokali ta’ benefiċju mill-assoċjazjoni mall-Unjoni Ewropeja, sabiex wieħed juri kif pajjiż ġej mil-Ewropa tal-Lvant, pajjiż ġej mill-blokk kommunista, kif jaħseb u jara l-importanza tas-sħubija u jinkoraġġixxi komunitajiet lokali biex jieħdu sehem attiv f’dak kollu li huwa ewropew. Għan addizzjonali kien li jkun hemm diskussjoni dwar li taħdem u tistudja f’pajjiż barrani, l-attitudni tal-persuni tal-lokal u tal-barranin dwar li taħdem f’pajjiż barrani u l-involviment tal-istudenti f’apprendistati internazjonali bħala pass żgħir lejn li tkun Ewropew f’kull sens u sabiex tinbeda diskussjoni dwar il-problemi u soluzzjonijiet relatati mas-suġġett.

Dan l-avveniment kien organiżżat mill-Assoċjazzjoni tad-Douzelage f’ Chojna, li hija għadha non governattiva lokali.  F’isem il-belt ta’ Choyna huma ppreparaw programm eċċezjonali għal parteċipanti kollha.  L-organiżżaturi għamlu dak kollu li setgħu sabiex isibu l-aħjar postijiet għall-laqgħat u avvenimenti (per eżempju l-iskola involuta fi proġetti Ewropej) visti ta’ studju ( mużewijiet, għadira, swieq, etc), ikel (Piastowska, Bielin farm taż-żwiemel, etc.), akkomodazzjoni (hotels u hostels lokali) sabiex jiġi assigurat li dan l-avveniment ikun ta’ benefiċju u memorabbli għall-parteċipanti kollha.

Nħar il-Hamis 28 ta’ Ġunju, wara l-wasla tad-delegazzjonijiet, Cezary Salamończyk laqa’ lill-parteċipanti f’isem Chojna Douzelage (Polonja) u ta deskrizzjoni ħafifa tal-importanza ta’ dan il-proġett.  Huwa għamel introduzzjoni uffiċjali tal-parteċipanti u tal-grupp lokali fejn saħaq dwar l-importanza ta’ laqgħat internazzjonali fejn ko-operazzjoni ewropeja sseħħ bejn parteċipanti ferm differenti.  Huwa rrefera għal ideal ta’ dan il-programm taħt il-Program Ewropew għal Ewropa għaċ-ċittadini tagħha.  Għamel referenza għal proġetti li għaddew taħt il-kappa tal-Unjoni Ewropeja li saru minn bliet oħra fid-Douzelage, fejn huwa kien iltaqa’ ma’ ħafna mill-parteċipanti tal-llum.  Irrefera għal fatt li parti sostanzjali mid-delegazzjoni Pollakka kienet magħmula miż-żgħażagħ u li dan jindika l-bżonn ta’ ko-operazzjoni magħhom għal futur tagħhom.

Wara saru l-introduzzjoni ta’ kull grupp mill-mexxejja tagħħom. Ms. Ágnes Lepold, il-mexxeja tal-grupp minn Kőszeg (Ungerija) irribattiet kemm hija importanti il-parteċipazzjoni taż-żagħżagħ filwaqt li introduċiet lill-grupp tagħha, ħafna minnhom għadhom kemm gradwaw mill-iskola post sekondarja u ser jibdew l-istudji Universitarji, xi wħud minnhom ukoll f’pajjiżi barranin.

Andrea Chiara Bauco, il-mexxejja tal-grupp minn Velletri (Italja) ingħaqdet ma’ dak li ntqal u tkelmet mall-assoċjazzjoni fil-belt tagħha imsemmija TRATTI, fejn l-eta’ medja hija madwar 23 sena.  Hija wkoll semmiet li hi stess kienet fortunata li se tgħaddi semester universitarju taħt il-programm Erasmus+ ġewwa l-Portugal.

Mr. Wolfgang Pilz, viċi sindku u l-mexxej tal-grupp minn Bad Kötzting (Ġermanja) spjega li sfortunatament ma setgħux iġibu żgħażagħ magħhom għal dan l-avveniment minħabba li kien iż-żmien tal-eżamijiet, imma ovjament kellhom jirrapportaw dan kollu lura meta jaslu.  Wieħed mill-parteċipanti kien ġurnalist ta’ gażżetta lokali u kien qiegħed hemm sabiex jassigura li dan il-proġett ikun magħruf maċ-ċittadini ta’ pajjiżu.

Jean Carl Cassar introduċa l-grupp minn Marsaskala (Malta). Huwa semma kif ħafna żgħażagħ Maltin effettivament jistudjaw u anke jaħdmu barra l-pajjiż u għalhekk din it-tema kienet ta’ interess għalihom u kull informazzjoni minn hawn miġbura ser tingħadda lura lil dawn iż-żgħażagħ.

Qabel l-ikla ta’ filgħaxija, bdejna b’diskussjoni bit-tema ‘tkun jew ma tkunx parti fl-unjoni Ewropeja(To be or not to be – in EU?). Dan id-dibattitu kien miftuħ u għalhekk apparti il-parteċipanti fil-proġett kien hemm ukoll preżenti numru ta’ persuni mill-lokal.  Fl-introduzzjoni ġew imsemmija diversi vantaġġi li ġġib magħha s-sħubija fl-UE bħad-dritt li tgħix u taħdem f’pajjiż ieħor tal-UE, is-sigurta’ soċjali, u tgawdi il-libertajiet marbuta ma’ demokrazija liberali.  Kien hemm ukoll rimarki u punti oħra bħal per eżempju l-problema kurrenti tal-immigrazzjoni, nuqqas ta’ solidarjeta’ bejn pajjiżi tal-UE, u nuqqas ta’ demokrazija fil-proċess ta’ deċizżjonijiet mittieħda fil-livel ewropew.

L-aktar suġġett kontroversjali kien dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni.  Wħud għamlu enfażi fuq il-proċess negattiv, speċjalment id-differenza ta’ kulturi u l-perikoli possibli ta’ terroriżmu.  Madanakollu kien hemm vuċijiet qawwija dwar il-bżonn ta’ solidarjeta’ u għajnuna lil dawk fi bżonn ta’ refuġju.  Parteċipanti fid-dibattitu kienu favur li jkun hemm distinzjoni bejn refuġjati u immigranti ekonomiċi.   Vantaġġi ewlenin li ġew innotati bħala fost l-akbar vantaġġi ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropeja kienet l-għajnuna finanzjarja li rċevew il-bdiewa kif ukoll l-iżvilupp tal-infrastruttura fil-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa.

Nhar il-Ġimgħa 29  filgħodu il-parteċipanti attendew workshop dwar l-apprentistat għal studenti vokazjonali offrut minn Erasmus + fi ħdan l-Unjoni Ewropeja.  Dan il-workshop inżamm ġewwa l-iskola sekondarja tal-lokal, Zespół Szkół Ponadgimnazjalnych fejn is-sinjura Adriana Salamończyk bħala kap tal-iskola iltaqgħet mal-parteċipanti.  Hija spjegat li tħossha ferm kburija li din l-iskola ilha tieħu sehem fi proġetti tal-Unjoni Ewropeja sa mis-sena 2004.

Mr. Cezary Salamończyk, il-koordinatur tal-proġetti internazzjoni spjega illi l-iskola Zespół Szkół Ponadgimnazjalnych (magħmula minn kumpless ta’ skejjel sekondarji superjuri) f’Chojna għandhom Quality Charter dwar Vocational Mobilities. Din l-iskola organizzat madwar 300 tibdil ta’ vokazjonijiet esekuttivi għall-istudenti tagħħa, ma’ Malta, l-Ingilterra, fil-Ġermanja, l-Ungerija u fil-Lussemburgu.  Il-ko-ordinatur tal-proġetti ta’ bdil ta’ studenti fl-iskola ZSP f’Chojna uriena peżentazzjoni permezz ta’ PowerPoint dwar l-apprentistat fl-IT, manaġment ta’ lukandi, fil-catering u fl-industrija ta’ kostruzzjoni.   Kien hemm ukoll informazzjoni dwar kumpaniji kummerċjali li kkooperaw mall-iskola u aċċettaw studenti sabiex ikollhom esperjenza tax-xogħol magħhom, fosthom ECVET (European Credit System for Vocational Education and Training), d-dokument tal-Europass, u l-vantaġġi ta’ din l-inizjattiva għall-iskejjel u l-istudneti infushom.

Wara din il-preżentazzjoni, il-parteċipanti tal-workshop kellhom il-ħin u għamlu diversi domandi dwar kif tipprepara proġett ta’ applikazzjoni biex jirnexxi, ir-regoli finanzjarji involuti fil-proġetti u liema istituzzjonijiet huma eliġibli sabiex jieħdu sehem fi proġetti tal-Unjoni Ewropeja. Billi fost il-parteċipanti u anke il-mistednin żgħażagħ lokali kien hemm minn ħa sehem f’dawn il-proġetti u għamlu l-apprentistat tagħhom f’pajjiż barrani, dawn setgħu jirrispondu l-mistoqsijiet li qajmu il-parteċipanti.

Kollha qablu illi ix-xahar li għamlu jaħdmu f’pajjiż ieħor kienet esperjenza għal-għomorhom u li ddeterminat il-futur tagħhom. Is-Sur Cezary Salamończyk għamel l-għeluq tiegħu bil-wegħda li matul u anke wara l-esebizzjoni ser ikun hemm aktar ħin sabiex dawn jiġu diskussi maż-żgħażagħ.

Wara il-workshop il-parteċipanti ħadmu fi gruppi u ppreparaw xi idejat għal proġett ta’ tibdil vokazjonali għall-iskejjel tekniċi  mill-ibliet tagħhom.  Kellhom jieħdu in konsiderazzjoni jekk l-iskejjel tagħhom kienux eliġibli għal dan it-tip ta’ proġetti ta’ skambji jew jekk jistgħux iżommu għandhom dawn l-istudenti.  Wara dan kull grupp ippreżenta l-idejat tiegħu fejn ġew evalwati mill-mexxejja tal-workshop.

Wara pawsa qasira il-grupp beda diskussjoni dwar is-suq tax-xogħol Ewropew għal irħula żgħar.

Fil-bidu l-organiżżaturi kienu talbu lill-imsieħba sabiex ikunu ppreparati għal din id-diskusjoni u kellhom jippreparaw preżentazjoni sabiex ikunu comparteċipi u jikkontribwixxu għas-suċċess tal-programm. Ir-rapreżentanti ta’ Velletri, Kőszeg u Bad Kötzting urew il-preżentazzjonijiet tagħħom permezz ta’ Powerpoints, – flimkien ma’ ħafna aktar informazzjoni li ma tidhirx fuq l-islides. Marsaskala u Chojna kellhom preżentazzjoni orali dwar dan it-topik, iżda Chojna saħqu li kien hemm parti prattika dwar dan it-topik. (PPT jinsabu fuq is-sit taħt  Materials.)   Kull grupp iddeskriva is-sitwazzjoni lokali dwar is-suq tax-xogħol lokali filwaqt li rrispondew għad-domandi li ġejjin:

  • Hemm ħafna ħaddiema barranin fil-lokalita’ tiegħek?
  • F’Liema xogħlijiet qed ikunu impjegati?
  • Hemm konflitti bejnhom u il-komunita’ lokali?
  • Ħaddiema mil-lokal qiegħdin ifitxu xogħol barra mill-lokal?
  • Nies mil-lokal qed jitilqu għal kollox?
  • Din il-migrazjoni għax-xogħol qed toħloq problemi fis-suq tax-xogħol lokali?

 

Wara kull preżentazzjoni kien hemm mistoqsijiet u diskussjoni qasira. Fl-għeluq il-moderatur għalaq id-diskussjoni fejn silet xi punti mid-diskussjonijiet:

  • Kien hemm ħafna ħaddiema barranin fil-lokalitajiet ta’ Marsaskala u Bad Kötzting, fejn ħafna minnhom jaħdmu fis-servizzi, fi ħwienet tal-ikel u ġeneralment f’xogħlijiet ta’ pagi baxxi, ukoll filwaqt li ħafna ħaddiema mill-Balkani ġew biex jaħdmu f’ Kőszeg.
  • Ħafna żgħażagħ minn Kőszeg kienu jmorru kuljum jaħdmu fl-Awstrija u kien hemm sitwazzjoni simili f’Chojna fejn kienu qed imorru jaħdmu fil-Ġermanja.
  • Ġewwa Velletri l-ħaddiema barranin kienu wkoll qed jagħmlu x-xogħoljiet ta’ pagi baxxi filwaqt li l-ħaddiema żgħażagħ kienu qed ifitxu xogħol fi professjonijiet speċjaliżżati f’pajjizi bħal Isvizzera u l-Ingilterra.
  • Irriżulta wkoll li l-abitanti ta’ ibliet żgħar ma jħossuhomx f’perikoli minħabba ħaddiema barranin.
  • Gradwati żgħażagħ minn Velletri, Bad Kötzting, Marsaskala, Kőszeg u Chojna jħossu li għandhom l-istess opportunitajiet li jsibu xogħol f’pajjiżi oħra daqs dawk ġejjin minn bliet kbar.

Mr. Cezary Salamończyk għamel sommarju tad-diskussjoni fejn żied jgħid li l-għada il-parteċipanti kienu ser iżuru suq fil-fruntiera fejn setgħu jaraw is-sitwazzjoni fir-realta’ tal-ħajja.

Mr. Salamończyk ħabbar ukoll li l-professur Dariusz Rosati (MEP) kien indirizza ittra lill-parteċipanti tal-proġett ġewwa Chojna. Huwa qara din l-ittra:

“Grazzi ħafna tal-invit li għamiltuli għal laqgħa “Ewropa għaċ-ċittadini” Sfortunatament l-obligazzjonijiet pjanati u l-obligazzjonijiet tas-servizz fi Brussels jgħamluha impossibli għalija li naċċeta l-istedina tagħkom.

Għogbitni ħafna l-inizjattiva li tinbeda diskussjoni dwar il-benefiċji tas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja għal bliet żgħar.  Jiena konvint illi l-programm mimli temi, il-parteċipazzjoni ta’ kelliema prominenti u s-sħubija tal-barranin flimkien mall-impenn tal-organiżżaturi ser jagħmlu minn dina l-laqgħa waħda ferm popolari.

Nirringrazzja lill-organizzaturi għall-isforzi tagħhom filwaqt li nixtieqilkom aktar inizjattivi ta’ siwi, enerġija ma tieqax għall-aktar azzjoni u implimentazzjoni tal-pjanijiet u l-intenzjonijiet tagħkom.

Kif intom miġburin, nitlobkom taċċettaw ix-xewqat għal-atmosfera tajba għal-laqgħat, diskussjonijiet mimlija b’osservazjonijiet interessanti u riżultati sodisfaċenti.”

 

Wara iċ-ċerman tal-Assoċjazjoni tad-Douzelage f’Chojna u l-koordinatur lokali introduċa lil mistieden Norbert Obrycki (MP). Huwa informa lill-mistednin u lil parteċipanti tal-laqgħa, membri u sħab tal-proġett, organiżżazjonijiet u residenti ta’ Chojna dwar l-idejat prinċipali tal-proġett Ewropa għaċ-ċittadin : (Anke Aħna iż-Żgħar Ngħoddu Ħafna (‘Even Us Little Ones Count a Lot’). In segwitu ta’ riassunt dwar it-temi u riżultati tal-laqgħat li kienu seħħew.

Fid-diskors tiegħu Norbert Obrycki (MP, membru wkoll tal-kumitat tal-affarijiet internazzjonali tal-Parlament Pollak)  fejn ippropona li din ma tkunx twila sabiex ikun hemm aktar ħin għal mistoqsijiet u diskussjoni fejn il-parteċipanti approvaw din il-proposta.  Huwa ta titolu lil preżentazzjoni tiegħu “L-Unjoni Ewropeja hija għaċ-ċittadin?”

Beda billi ddeskriva il-professjoni tiegħu u l-karriera politika, il-ħajja privata flimkien mall-interessi tiegħu, kif ukoll l-involviment tiegħu fil-kurrenti politiċi. Huwa tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fir-relazzjonijiet internazzjonali, Kumitati Reġjonali, Euroregion Pommern u l-kooperazzjoni bejn il-Parlament Pollak u l-Istituzzjonijiet Ewropej. Il-parteċipanti staqsew lil kelliem ħafna mistqosijiet dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew, relazzjonijiet bejn il-pajjiżi iż-żgħar u dawk kbar fl-UE, ir-relazzjonijiet bejn UE u l-USA, il-proċess ta’ deċiżjonijiet fuq livel nazzjonali u dak Ewropew, dwar il-partiti polulisti Ewropej, l-elezzjoni ewropeja li jmiss, il-futur tal-Unjoni Ewropeja u l-kriżi tal-immigrazzjoni. Ħafna mill-parteċipanti urew it-tħassib tagħħom dwar gvernijiet populisti u kif dawn jirriflettu fuq sitwazzjonijiet tal-UE, oħrajn xtaqu jkunu jafu dwar kif komunitajiet lokali u għaqdiet non governattivi setgħu jaġixxu biex iġibu ‘l quddiem u jinkoragixxu iċ-ċittadinanza ewropeja lokalment.

 

Wara din id-diskussjoni kien imissna nieklu u ftit ħin ta’ mistrieħ li tana wkoll l-opportunita’ inkomplu bid-diskussjoni b’mod informali bejn il-parteċipanti.

 

Wara kien imiss l-esebizzjoni tar-ritratti dwar l-apprentistat Erasmus+ tal-iskola  ZSP f’ Chojna u l-istudenti tagħha ġewwa pajjiżi fl-UE.

 

Partiċipanti fil-programm tal-EULOCAL ġewwa Chojna marru jżuru l-esebizzjoni ta’ ritratti dwar Leonardo da Vinci u l-proġett tal-Erasmus+ dwar trasferimenti vokazjonali għal studenti minn ZSP f’Chojna. F’din il-wirja kien hemm mhux biss ritratti imma wkoll deskrizzjonijiet qosra tal-proġetti, l-imsieħba fil-proġetti, u l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni Ewropeja. Din kienet il-parti prattika tal-preżentazzjoni Pollakka.  Hawn il-parteċipanti setgħu jagħmlu domandi oħra speċjalment dwar ir-reputazzjoni tal-proġetti fost l-istudenti u l-għalliema. L-istudenti kienu miftuħa u tkelmu fit-tul fejn għamlu enfasi dwar ix-xahar li għamlu f’pajjiż barrani u kif dan fetħilhom moħħom, għenhom jipperfezzjonaw l-ingliż u il-kapaċitajiet vokazjonali tagħhom u l-fatt li saru aktar Ewropej.  Ukoll kibret fihom il-kunfidenza u saru aktar indipendenti u dependabli.

 

Kif sar dejjem, l-organizzaturi f’Choyna inkludew ħin liberu u ħin għal esperjenzi kulturali.  Għalkemm wara l-esebizzjoni ma tantx kien hemm ħin kien importanti li nmorru naraw l-inħawi.  Il-grupp kellu ċ-ċans imur Moryń fejn rajna l-fona lokali ta’ż-żmenijiet mogħddija.  Wara l-parteċipanti kellhom ftit ħin liberu f’Bielin ġo razzet kbir taż-żwiemel, fejn kien hemm minn mar dawra fuq karettun jew mixja  fil-foresta.  Din il-ġurnata twila mimlija attivitajiet spiċċat b’ikla stil barbekju.

Nhar il-Ġimgħa 29, filgħodu kien imiss nmorru fuq vista ta’ studju fis-suq fuq il-fruntiera bejn il-Polonja u l-Ġermanja ġewwa Osinów Dolny.

 

Il-parteċipanti tal-proġett EULOCAL f’Chojna ħadu sehem f’din il-vista ta’ studju fis-suq tal-fruntiera f Osinów Dolny. Dan is-suq huwa l-eqreb post għax-xiri ġewwa l-Polonja għal dawk li jgħixu f’ Berlin. Hawn jinsabu mijjiet ta’ ħwienet żgħar li jbiegħu minn kollox, minn ikel, ħwejjeġ, żraben, pjanti, ċeramika, ħafna parrukkiera, stazzjonijiet tal-petrol, barijiet cafe’s u ristoranti.  Dawn il-bejjiegħa Pollaki ilhom ibiegħu l-prodotti tagħhom lil klijenti Ġermaniżi (kif ukoll lil dawk lokali), u hawn jiġu aċċettati mhux biss il-munita Pollaka imma anke l-Ewro.  Din il-vista kienet opportunita’ tajba fejn wieħed seta’ jesperjenza direttament l-atmosfera unika fejn ma hemmx barriera lingwistiċi u bħal Harrods, kważi kollox jinbiegħ ġialadarba hemm ix-xerrej għalih.  Parteċipanti fil-proġett setġħu jitkelmu mas-sidien tal-ħwienet, klijenti u ħaddiema li kienu jinkludu Ukreni u Vietnami .  Il-grupp minn Kőszeg spjega li fil-belt tagħhom ukoll ikun hemm ħafna turisti mill-Awstrija, imma minflokk jixtru prodotti jiġu għal servizzi li huma irħas bħal ċerimonji taż-żwieġ, dentisti, fotografi, ristoranti etc li jkunu mimlija b’turisti Awstrijaċi.

Wara mofs inhar il-parteċipanti ittieħdu mawra kulturali sa Szczecin, fejn kellhom ċans igawdu l-inħawi u ħin liberu.

L-ikla tal-aħhar kienet organiżżata tajjeb ħafna fejn kien hemm banda ta’ grupp lokali jdoqqu li żammew lil kulħadd allegru.

Il-laqgħa li jmiss ser tkun l-aħħar waħda u din ser tinżamm, f’ Kőszeg, l-Ungerija bejn it- 18 u l-21 ta’ Ottubru 2018.