May 15, 2018

Bad Kötzting – Il-Ġermanja

Bad Kötzting  (aċċess permezz ta’ dan il-link: http://www.bad-koetzting.de/startseite.html) jinsab fil-Park Naturali  tar-Rikreazzjoni “Foresta tal-Bavarja ta’ Fuq” mal-fruntiera tar-Repubblika Ċeka. It-turiżmu hawnhekk jaf il-bidu tiegħu fis-snin ta’ wara r-riorganizzazzjoni mill-ġdid  tar-reġjun, u saret enfasi speċjali fuq is-saħħa, il-mistrieħ u l-fejqan.  F’dan ir-ritmu, infetħet l-ewwel Klinika Ġermaniża għall-Mediċina Ċiniża Tradizzjonali, flimkien ma’ ċentri oħra għat-trattament idropatiku “Kneipp” u ċentru tar-Rijabilitazzjoni għall-Ortopedija, Rewmatoloġija u Newrologija.

Dan ukoll iwessa’ l-orizzont tar-residenti li jgħixu hemmhekk;  parzjalment minħabba li l-bosta viżitaturi internazzjonali jżuruha ħafna minnhom huma Ewropej. Il-pożizzjoni ġeografika tagħna, flimkien mal-preżenza ta’ numru ta’ nies morda tagħmel liċ-ċittadini tagħna aktar sensittivi sabiex jirrispettaw u jgħinu lil min huwa batut.

Diversi proġetti huma organizzati wkoll biex jassiguraw li l-ġenerazzjoni żagħżugħa tkun ingranata mal-ideat Ewropej u x-xogħol volontarju. Bad Kötzting, bħala wieħed mil-lokalitajiet fundaturi, huwa belt membru ta’ din ix-xibka ta’ ġemellaġġi tad-Douzelage.

Stadt Bad Kötzting, bħall-organizzazzjonijiet imsieħba l-oħra kollha,  se tkun responsabbli għat-tħejjija tal-proġett kollu, kif ukoll għall-avvenimenti li se jkun hemm fil-belt tagħhom.

Peress li jgħixu f’wieħed mill-ikbar stati membri, u predominanti fl-UE, anke fis-suġġett ġenerali – l-importanza tal-pajjiżi msieħba żgħar – se jiġbru ideat kif iċ-ċittadini ta’ pajjiż kbir jaraw din il-kwistjoni. Billi l-Ġermanja tilqa’ ħafna immigranti, u l-belt se twettaq proġett relatat mal-moviment tan-nies, aħna se nkunu qed nieħdu vantaġġ minnu: se jintalbu jitkellmu dwar ir-riżultati li raw meta bdew iwettqu l-proġett tagħhom.

Is-suġġett speċjali tagħhom se jkun it-trobbija tan-naħal. Dan jippermettilhom jippreżentaw kemm hija importanti l-kooperazzjoni internazzjonali li tipproteġi lil dawn l-ispeċi żgħar minn mard epidemiku. Is-suġġett se jkun saħansitra aktar interessanti, minħabba li ħafna studenti se jkunu inklużi fil-workshop.

Huma  se jikkontribwixxu għas-suċċess ta’ dawn l-avvenimenti organizzati mill-imsieħba, u matul l-aħħar avveniment, huma se jagħtu sommarju tar-riżultati tagħhom waqt attività monumentali fil-beraħ.